Id-direttorat jiġbor ir-riżorsi kollha tal-BEI biex jirfed l-attivitajiet barra mill-Unjoni Ewropea bi struttura mfassla biex trawwem sħubija b’saħħitha u ffukata ma’ Team Europe. Huwa jaħdem permezz ta’ kooperazzjoni effiċjenti mal-imsieħba u l-benefiċjarji tagħna, ma’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżvilupp, u s-soċjetà ċivili. BEI Globali jressaq il-BEI lejn in-nies, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet lokali.