Viċi Direttur Ġenerali u Uffiċjali Kap tar-Riskji tal-BEI
- 98-100, boulevard Konrad Adenauer
- L-2950 Luxembourg
- Luxemburg
Curriculum Vitae
Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.
Adrian Kamenitzer, ċittadin Rumen, huwa l-Uffiċjal Kap tar-Riskji - Viċi Direttur Ġenerali tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Is-Sur Kamenitzer ilu f’din il-pożizzjoni sa minn Ġunju 2021; qabel huwa kien direttur għall-Ekwità, Prodotti Ġodda u Tranżazzjonijiet Speċjali għal 4 snin fid-dipartiment tal-operazzjonijiet tal-Bank. Huwa kellu pożizzjonijiet oħra fid-dipartiment tal-ġestjoni tar-riskju tal-BEI, mal-Bank Ewropew ghar-Rikostruzzjoni u l-Izvilupp (front office u ġestjoni tar-riskju) u fir-Rumanija, ma’ Coopers and Lybrand (issa PriceWaterhouseCoopers).
Is-Sur Kamenitzer għandu lawrja Msc fl-Inġinerija Elettrika mill-Politehnica University of Bucharest u lawrja ta’ Master fl-Amministrazzjoni Kummerċjali mill-Programm MBA Rumen-Kanadiż.