Viċi Direttur Ġenerali
- c/o Delegation of the European Union
- 2175 K Street
- NW 20037 Washington, D.C.
- Vereinigte Staaten
Curriculum Vitae
Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.
Il-Viċi-Direttur Ġenerali Markus Berndt huwa l-Kap tar-Rappreżentanza tal-Grupp tal-BEI għall-Istati Uniti u n-Nazzjonijiet Uniti.
Qabel ma ħa l-kariga attwali tiegħu, huwa stabbilixxa u mexxa l-BEI Globali, il-fergħa tal-Bank għall-attivitajiet barra mill-Unjoni Ewropea.
Qabel dan huwa mexxa d-Dipartiment għall-Istrateġija tal-Grupp tal-BEI u kellu karigi maniġerjali fid-Direttorat tal-Operazzjonijiet u fid-Dipartiment tal-Ekonomija.
Qabel ma ngħaqad mal-BEI fl-2008 bħala espert tas-settur finanzjarju, Markus Berndt kellu karigi fi ħdan il-Fond Monetarju Internazzjonali, fil-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u fil-Prattika tal-Finanzjament u l-Istrateġija Korporattivi ta’ McKinsey and Company.
Huwa kiseb il-PhD tiegħu fl-Ekonomija fis-sena 2000 bħala stipendjarju tal-Programm ta’ Dottorat Internazzjonali fil-Liġi u l-Ekonomija mill-Max-Planck Institute u l-Università ta’ Hamburg. Matul dan il-perjodu huwa qatta’ xi żmien bħala research fellow mistieden fl-Università ta’ Harvard.
Markus Berndt huwa miżżewweġ, għandu żewġt itfal u jieħu gost idoqq il-kitarra rock fil-ħin liberu tiegħu.