
Zur neuesten Ausgabe dieser Publikation.
Teil der Serie :
Description
Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja.
- Fil-PUNTI EWLENIN għall-2018 tista’ taqra dwar il-volum ta’ tislif u investiment f’kull pajjiż tal-UE.
- Il-President Werner Hoyer jippreżenta l-ISTRATEĠIJA u l-ħsieb wara l-attività tal-BEI fl-2018.
- Tliet taqsimiet addizzjonali jiffukaw fuq aspetti ewlenin tal-għanijiet tagħna: IMPJIEGI U TKABBIR, SOSTENIBBILTÀ u UGWALJANZA BEJN IS-SESSI.
Nibnu rakkont mis-sors tal-finanzjament – investitur individwali – permezz tal-proċess ta’ ħruġ ta’ bonds u tislif, sal-benefiċjarju aħħari. Ser tiltaqa’ mal-mara fil-Kroazja li xogħolha bħala inġiniera nħoloq minn dak il-mekkaniżmu kumpless u s-sellief ta’ mikrofinanzjament ispirazzjonali li jagħmel differenza tant vitali fil-prattika fis-Senegal. Ser issib firxa ta’ proġetti, li kull wieħed minnhom jikkontribwixxi għas-sigurtà jew l-avvanz tan-nisa mill-Indja sal-Irlanda. Dan kollu huwa msejjes fuq l-ambizzjoni tagħna biex ngħidulek dwar l-approċċ sostenibbli tal-BEI biex joħloq opportunità għaċ-ċittadini tal-UE u għan-nies fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.