Zur neuesten Ausgabe dieser Publikation.
Description
Ir-Rapport tal-Attività 2016 jipprovdi aġġornament dwar il-konsulenza esperta indipendenti u l-appoġġ għall-bini ta’ kapaċitajiet ta’ JASPERS lill-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji aħħarija tal-proġetti li ser ikunu ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) għall-Istati Membri.
Fl-2016 JASPERS kompliet tkun parti ewlenija mis-servizz ta’ konsulenza tal-BEI, u wettqet firxa usa’ ta’ riżultati f’aktar pajjiżi minn qatt qabel. JASPERS kompliet topera taħt tliet mandati differenti mill-Kummissjoni Ewropea: il-mandat ewlieni tagħha mid-DĠ Politika Reġjonali u Urbana għal investimenti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, il-mandat tal-IPA mid-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir u l-mandat tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mid-DĠ Mobilità u Trasport.
Fl-2016 JASPERS lestiet 127 kompitu għall-mandati kollha. Il-Kummissjoni Ewropea approvat total ta’ 61 proġett appoġġati minn JASPERS fl-2016, bi spiża totali tal-proġetti ta’ EUR 11.6 biljun u appoġġ totali ta’ għotjiet tal-UE ta’ EUR 6.8 biljun.
Fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, fl-2016 is-servizzi ta' konsulenza ta’ JASPERS ġew estiżi għar-Renju Unit, l-Irlanda u Spanja, u għaldaqstant issa hemm 19-il pajjiż tal-UE fejn JASPERS tipprovdi konsulenza dwar l-iżvilupp ta’ proġetti bil-għan li jsir użu massimu mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni.
Flimkien mal-appoġġ għat-tħejjija ta’ proġetti, JASPERS tgħin biex issaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi. Oqsma ġodda importanti tal-attività fl-2016 inkludew attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċitajiet f’ħafna pajjiżi kif ukoll fil-pajjiżi stess, ipprovduti permezz tal-Pjattaforma tan-Netwerking ta’ JASPERS lill-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati kollha tal-UE.Alle Ausgaben dieser Publikation
- European Investment Bank Annual Report 2020 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2019 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2018 on JASPERS
- JASPERS-Tätigkeitsbericht 2017
- JASPERS-Tätigkeitsbericht 2016
- JASPERS-Jahresbericht 2015
- Tätigkeitsbericht 2014 für die Networking-Plattform von JASPERS
- JASPERS-Jahresbericht 2014
- JASPERS-Jahresbericht 2013
- Tätigkeitsbericht 2013 für die Networking-Plattform von JASPERS
- JASPERS-Jahresbericht 2012
- JASPERS-Jahresbericht 2011
- JASPERS-Jahresbericht 2010
- JASPERS-Jahresbericht 2009
- JASPERS-Jahresbericht 2008
- JASPERS-Jahresbericht 2007