
Zur neuesten Ausgabe dieser Publikation.
Description
Fl-2014, JASPERS, is-sħubija bejn id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), kompliet tappoġġa t-tħejjija ta’ proġetti ewlenin biex jiġu sottomessi għall-finanzjament ta’ għotjiet taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni f’isem l-14-il Stat Membru benefiċjarju tal-UE (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il- Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja) u tliet pajjiżi kandidati (dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja).
L-2014 kienet sena ta’ tranżizzjoni bejn il-Politika ta’ Koeżjoni il-qadima tal-perjodu ta’ programmar 2007-2013 u l-perjodu l-ġdid 2014-2020. JASPERS ħadmet fuq kompiti relatati mat-tlestija ta’ sottomissjonijiet ta’ proġetti għall-perjodu l-qadim id f’id mat-tħejjija ta’ proġetti għall-perjodu l-ġdid. L-approvazzjonijiet kollha ta’ proġetti ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea fl-2014 kellhom x’jaqsmu mal-użu tal-fondi mill-perjodu 2007-13.
Fl-2014, il-Kummissjoni approvat 79 applikazzjoni għal finanzjament ta’ proġetti ewlenin, meta mqabbla ma’ 86 fl-2013, għal spiża ta’ investiment totali ta’ kważi EUR 1.5 biljun, li minnhom aktar minn EUR 1 biljun kienu f’għotjiet tal-UE.
L-ispiża tal-investiment totali għal proġetti ewlenin appoġġati minn JASPERS li kienu approvati mill- Kummissjoni bejn l-2007 u l-2014 kienet ta’ EUR 66.4 biljun, li minnhom l-għotjiet tal-UE ammontaw għal EUR 38.9 biljun.
Alle Ausgaben dieser Publikation
- European Investment Bank Annual Report 2020 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2018 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2019 on JASPERS
- Tätigkeitsbericht 2014 für die Networking-Plattform von JASPERS
- Tätigkeitsbericht 2013 für die Networking-Plattform von JASPERS
- JASPERS-Tätigkeitsbericht 2017
- JASPERS-Jahresbericht 2015
- JASPERS-Jahresbericht 2013
- JASPERS-Jahresbericht 2012
- JASPERS-Jahresbericht 2011
- JASPERS-Jahresbericht 2010
- JASPERS-Jahresbericht 2009
- JASPERS-Jahresbericht 2008
- JASPERS-Jahresbericht 2007
- JASPERS-Tätigkeitsbericht 2016