Description
Is-seba’ Stħarriġ annwali tal-BEI dwar il-Klima jipprovdi dettalji utli dwar kif l-Ewropej iqisu l-isfidi u l-opportunitajiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima fl-2024.
- 94% – kunsens qawwi madwar l-Unjoni Ewropea kollha – jaqblu li hemm bżonn li jsir adattament għat-tibdil fil-klima.
- 86% jemmnu li l-investiment fl-adattament għat-tibdil fil-klima jista’ joħloq l-impjiegi u jagħti spinta lill-ekonomiji lokali.
- 72% jagħrfu li jkollhom jaġġustaw l-istili tal-ħajja tagħhom hekk kif l-impatti tat-tibdil fil-klima jsiru aktar severi.
Aqra r-rapport biex tiskopri aktar dwar id-differenzi reġjonali fil-fehmiet u l-ogħla prijoritajiet għall-adattament għall-klima fost l-Ewropej.