>@ingwervanille/Getty Images
©ingwervanille/ Getty Images

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima teħtieġ azzjoni kollettiva — minn gvernijiet, istituzzjonijiet, negozji u individwi. Huwa essenzjali għan-nies li jifhmu sew l-isfida tal-klima biex jagħmlu għażliet infurmati. Sabiex jiġi vvalutat kemm il-pubbliku f’Malta jifhem it-tibdil fil-klima, is-sitt edizzjoni tal-Istħarriġ dwar il-Klima tal-BEI tiffoka fuq kemm in-nies jafu dwar it-tibdil fil-klima fi tliet oqsma ewlenin: Id-definizzjonijiet u l-kawżi, il- konsegwenzi u s-soluzzjonijiet. Il-parteċipanti wieġbu 12-il mistoqsija u ġew ikklassifikati fuq skala ta’ 0 sa 10, b’10 jindika l-ogħla livell ta’ għarfien. B’aktar minn 30 000 rispondent madwar 35 pajjiż, inklużi l-Istati Membri tal-UE, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, l-Indja u l-Kanada, l-Istħarriġ tal-BEI dwar il-Klima jipprovdi għarfien siewi dwar kemm in-nies jifhmu t-tibdil fil-klima b’mod ġenerali.


Sejbiet ewlenin

  • Il-Maltin li wieġbu għall-istħarriġ jikklassifikaw fil-25 post fl-UE (punteġġ ta’ 5.84/10), u b’hekk jinsabu taħt il-medja tal-UE27 ta’ 6.37/10, skont l-istħarriġ tal-BEI. Fit-tabella ta’ valutazzjoni, il-Finlandja tinsab fl-ewwel post (7.22/10), segwita mil-Lussemburgu (7.19/10) u mill-Iżvezja (6.96/10). Malta tinsab immedjatament wara l-Polonja u quddiem ir-Rumanija f’test ta’ għarfien dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u s-soluzzjonijiet biex din tiġi indirizzata.
>@Graphic workshop/EIB
  • Distakk ġenerazzjonali: Iż-żgħażagħ ta’ bejn l-20 u d-29 sena f’Malta huma fost dawk li jafu l-aktar dwar it-tibdil fil-klima mill-ġenerazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha (fejn jikklassifikaw fis-sitt post), u jiġu biss wara ż-żgħażagħ fil-Lussemburgu, fil-Finlandja, fl-Italja, fil-Portugall u fil-Kroazja. Huma jafu wkoll aktar minn nies Maltin ta’ aktar minn 30 sena fir-rigward tal-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u s-soluzzjonijiet biex jindirizzawha, b’punteġġ ta’ 6.52/10 b’mod ġenerali meta mqabblel mal-punteġġ ta’ 5.65/10 għall-persuni ta’ aktar minn 30 sena. Dan huwa l-oppost fi kważi l-pajjiżi kollha tal-UE, inklużi l-Ġermanja, Franza, jew Spanja, pereżempju, fejn il-persuni ta’ aktar minn 30 sena huma aktar infurmati dwar is-suġġett mill-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa.
  • Lakuni ġenerali fl-għarfien: Il-Maltin huma ġeneralment konxji tal-kawżi tat-tibdil fil-klima iżda hemm lok għal titjib fl-għarfien tagħhom dwar il-konsegwenzi u s-soluzzjonijiet.
    • 66 % tar-rispondenti huma konxji li t-tibdil fil-klima jikkawża żieda fil-migrazzjoni.
    • Aktar minn żewġ terzi (68 %) semmew li l-livell tal-baħar qed jogħla minħabba t-tibdil fil-klima.
    • B’mod simili għas-sejbiet fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, sehem kbir ta’ rispondenti Maltin ma kinux jafu li t-tnaqqis tal-limiti tal-veloċità fit-toroq (87 %) jew bini b’insulazzjoni aħjar (55 %) jista’ jgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

In-nies kemm jifhmu tajjeb il-kawżi tat-tibdil fil-klima?

L-ewwel subindiċi jiffoka fuq it-tifsira u l-kawżi tat-tibdil fil-klima. F’dan il-qasam, il-Maltin kellhom punteġġ taħt il-medja tal-UE (6.40/10 meta mqabbel ma’ 7.21/10), u kklassifikaw fil-25 post fl-Unjoni Ewropea.

>@Graphic workshop/EIB

Meta ġew biex jiddefinixxu t-tibdil fil-klima, 60 % tal-Maltin li wieġbu (11-il punt perċentwali taħt il-medja tal-UE ta’ 71 %) għażlu d-definizzjoni korretta (“Bidla fit-tul fix-xejriet klimatiċi globali”). Aktar minn tliet kwarti (71 %) huma wkoll konxji li l-kawżi ewlenin tat-tibdil fil-klima huma attivitajiet tal-bniedem bħad-deforestazzjoni, l-agrikoltura, l-industrija u t-trasport. Meta ġew mistoqsija dwar l-akbar tliet emittenti ta’ gassijiet serra madwar id-dinja, il-biċċa l-kbira tal-Maltin li wieġbu (62%, 10 punti perċentwali taħt il-medja tal-UE) għażlu b’mod korrett l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Indja.

In-nies kemm jifhmu tajjeb il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima?

Meta ġew mistoqsija dwar il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, il-Maltin li wieġbu kisbu punteġġ ta’ 7.05/10 (fejn ikklassifikaw fil-25 post fl-Unjoni Ewropea), taħt il-medja tal-UE ta’ 7.65/10.

>@Graphic workshop/EIB

Meta ġew biex jiddefinixxu t-tibdil fil-klima, 60 % tal-Maltin li wieġbu (11-il punt perċentwali taħt il-medja tal-UE ta’ 71 %) għażlu d-definizzjoni korretta (“Bidla fit-tul fix-xejriet klimatiċi globali”). Aktar minn tliet kwarti (71 %) huma wkoll konxji li l-kawżi ewlenin tat-tibdil fil-klima huma attivitajiet tal-bniedem bħad-deforestazzjoni, l-agrikoltura, l-industrija u t-trasport. Meta ġew mistoqsija dwar l-akbar tliet emittenti ta’ gassijiet serra madwar id-dinja, il-biċċa l-kbira tal-Maltin li wieġbu (62%, 10 punti perċentwali taħt il-medja tal-UE) għażlu b’mod korrett l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Indja.

In-nies kemm jifhmu tajjeb il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima?

Meta ġew mistoqsija dwar il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, il-Maltin li wieġbu kisbu punteġġ ta’ 7.05/10 (fejn ikklassifikaw fil-25 post fl-Unjoni Ewropea), taħt il-medja tal-UE ta’ 7.65/10.

>@Graphic workshop/EIB
  • Il-biċċa l-kbira tal-Maltin (76 %) jafu li l-użu ta’ prodotti li jistgħu jiġu rriċiklati jista’ jgħin biex jittaffa t-tibdil fil-klima.
  • 67 % qalu wkoll b’mod korrett li l-użu tat-trasport pubbliku minflok karozza individwali huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.
  • Inqas minn nofs dawk li wieġbu (45 %) jidhru li jafu li bini b’insulazzjoni aħjar jista’ jgħin ukoll.
  • Terz biss mir-rispondenti (34 %) huma konxji li x-xiri inqas ta’ spiss ta’ ħwejjeġ ġodda jista’ jgħin ukoll.
  • Ftit rispondenti (13%, - 13-il punt taħt il-medja tal-UE) jidhru li jafu li t-tnaqqis tal-limitu tal-veloċità fit-toroq jgħin ukoll biex jittaffa t-tibdil fil-klima.
  • Fl-aħħar nett, il-biċċa l-kbira tal-Maltin mhumiex konxji tal-impatt sinifikanti tal-użu diġitali fuq il-klima, b’14 % biss jgħidu li jekk jaraw inqas vidjows online, dan jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (għalkemm 5 punti ogħla mill-medja tal-UE). Dan huwa l-każ ukoll fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE.
  • Bħal fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fl-Ewropa, inqas minn nofs il-Maltin (40%) kienu kapaċi jiddefinixxu b’mod korrett l-impronta tal-karbonju ta’ individwu bħala “l-ammont totali ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra emessi minn persuna f’sena”.

Distakk ġenerazzjonali

L-għarfien dwar it-tibdil fil-klima jvarja skont aspetti differenti tal-profili soċjodemografiċi tan-nies. Waħda mill-aktar korrelazzjonijiet notevoli hija skont l-età.

Iż-żgħażagħ ta’ bejn l-20 u d-29 sena f’Malta huma fost dawk li jafu l-aktar dwar it-tibdil fil-klima mill-ġenerazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha (fejn jikklassifikaw fis-sitt post), u jiġu biss wara ż-żgħażagħ fil-Lussemburgu, fil-Finlandja, fl-Italja, fil-Portugall u fil-Kroazja.

Iż-żgħażagħ Maltin jafu wkoll aktar minn dawk li għandhom aktar minn 30 sena fir-rigward tal-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u s-soluzzjonijiet biex jindirizzawh, b’punteġġ ta’ 6.52/10 b’mod ġenerali meta mqabbla ma’ 5.65/10 għall-persuni li għandhom aktar minn 30 sena. Dan huwa l-oppost fi kważi l-pajjiżi kollha tal-UE, inklużi l-Ġermanja, Franza, jew Spanja, pereżempju, fejn il-persuni ta’ aktar minn 30 sena huma aktar infurmati dwar is-suġġett mill-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa.

F’Malta, hemm distakk ġenerazzjonali notevoli fil-mod kif in-nies jifhmu d-definizzjoni u l-kawżi tat-tibdil fil-klima, bl-individwi ta’ taħt is-30 sena jiksbu punteġġ ta’ 6.61 meta mqabbel mal-punteġġ ta’ 6.31 miksub minn dawk li huma akbar minnhom fl-età.
Din id-diskrepanza hija partikolarment evidenti fit-tieni subindiċi dwar il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima (8.15 għal dawk li għandhom inqas minn 30 sena meta mqabbla ma’ 6.74 għal dawk li għandhom aktar minn 30 sena). Dan jikklassifika liż-żgħażagħ Maltin fir-raba’ post fl-UE fuq dan is-subindiċi, biss wara ż-żgħażagħ fil-Lussemburgu, fil-Kroazja u fl-Italja.
Id-differenza fil-punteġġi hija sinifikanti f’dak li jirrigwarda x’jista’ jsir biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, fejn il-persuni taħt l-età ta’ 30 sena kisbu punteġġ ta’ 4.81 meta mqabbla ma’ 3.90 għal dawk li huma akbar fl-età.

Informazzjoni ta’ sfond

Data u metodoloġija

Il-metodoloġija tal-istħarriġ, il-kwestjonarju u s-sett tad-data sħiħ jistgħu jitniżżlu hawnhekk.

Dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa l-istituzzjoni ta’ tislif fuq żmien fit-tul tal-Unjoni Ewropea u huwa l-proprjetà tal-Istati Membri tagħha. Huwa attiv f’aktar minn 160 pajjiż u jipprovdi finanzjament fit-tul għal investiment sod sabiex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politiki tal-UE. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-BEI u l-edukazzjoni dwar il-klima hawnhekk.

Dwar BVA Xsight

BVA Xsight hija pijuniera fir-riċerka fis-suq u l-konsultazzjoni.