
Accédez à la dernière édition de cette publication.
Description
JASPERS lestiet 159 kompitu fl-2010 meta mqabbla ma’ 133 fl-2009. Sat-tmiem ta’ Diċembru 2010, JASPERS kellha portafoll ta’ 399 kompitu. Il-proġetti kbar (li jiswew aktar minn €50 miljun) irrappreżentaw madwar 77 % tal-kompiti attivi, waqt li l-bqija kienu jikkonsistu l-aktar b’appoġġ għal proġetti mhux kbar u kompiti orizzontali biex jiġu indirizzati konġestjonijiet jew kwistjonijiet li jaffettwaw proġetti jew sottosetturi multipli.
Fl-2010 it-12-il Stat Membru benefiċjarju ssottometta lill-Kummissjoni 89 applikazzjoni appoġġjata minn JASPERS għal finanzjament mill-UE taħt il-Fondi Strutturali, meta mqabbla ma’ 61 fis-sena ta’ qabel. Total ta’ 58 proġett kbir ġew approvati mill-Kummissjoni (45 fl-2009) u 27 proġett ieħor mhux kbir ġew approvati mill-awtoritajiet nazzjonali matul is-sena. Sa mill-bidu tal-operazzjonijiet ta’ JASPERS lejn l-aħħar tal-2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010, ġew approvati 103 applikazzjoni għal proġetti kbar appoġġjati minn JASPERS.
JASPERS appoġġja 80 % tal-proġetti sottomessi lill-Kummissjoni mill-pajjiżi tal-UE-12 u 90 % ta’ dawk approvati sal-31 ta’ Diċembru 2010. Il-volum totali tal-investiment għall-proġetti appoġġjati minn kompiti ta’ JASPERS mill-2006 sal-2010 kien aktar minn EUR 40 biljun, li minnhom il-volum ta’ investiment ta’ proġetti approvati mill-Kummissjoni kien ta’ aktar minn EUR 16-il biljun. Dawn il-proġetti huma kkonċentrati fis-setturi li ġejjin: toroq; portijiet, ajruporti u ferroviji; ilma u ilma tad-dranaġġ; infrastruttura urbana; skart solidu u enerġija; u l-ekonomija tal-għarfien.
Toutes les éditions de cette publication
- European Investment Bank Annual Report 2020 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2018 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2019 on JASPERS
- Plateforme de réseautage JASPERS – Rapport d’activité 2014
- Plateforme de réseautage JASPERS – Rapport d’activité 2013
- Rapport annuel de Jaspers 2017
- Rapport annuel de Jaspers 2015
- Rapport annuel de JASPERS 2014
- Rapport annuel de JASPERS 2013
- Rapport Annwali ta’ JASPERS għall-2012
- Rapport Annwali ta’ JASPERS 2011
- Rapport Annwali ta’ JASPERS 2009
- Rapport annuel JASPERS 2008
- Rapport annuel JASPERS 2007
- Rapport d’activité 2016 de Jaspers