Accédez à la dernière édition de cette publication.
Description
Ir-Rapport Annwali 2015 jipprovdi informazzjoni dwar il-konsulenza esperta indipendenti u l-appoġġ għall-bini ta’ kapaċitajiet ta’ JASPERS lill-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji aħħarija tal-proġetti li ser ikunu ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) għall-Istati Membri. Ikopri wkoll l-attivitajiet il-ġodda ta’ JASPERS, wara l-espansjoni tal-ambitu ta’ JASPERS matul is-sena, u l-attivitajiet tal-Pjattaforma tan-Netwerking, li kienet suġġetta għal rapport separat fis-snin preċedenti.
Fl-2015 l-assistenza ta’ JASPERS ġiet estiża għal reġjuni eliġibbli fi Franza u l-Italja. JASPERS żviluppat ukoll proċeduri biex tipprovdi s-servizz ta’ Verifika tal-Kwalità Indipendenti introdotta għall-perjodu 2014–2020, qablet li tappoġġa proġetti tat-trasport biex jiġu ffinanzjati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u biex tipprovdi assistenza liċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa.
Tliet pajjiżi benefiċjarji komplew jirċievu appoġġ sabiex jiżviluppaw investimenti biex jiġu ffinanzjati mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA I): dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja. Minbarra l-appoġġ għat-tħejjija ta’ proġetti, JASPERS kompliet ukoll tgħin lill-Istati Membri u lill-pajjiżi tal-IPA permezz ta’ attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċitajiet.
Sehem sinifikanti tal-ħidma ta’ JASPERS fl-2015 xorta kien relatat ma’ proġetti b’ħafna fażijiet jew sottomessi mill-ġdid, li kkontribwixxa għall-assorbiment sħiħ ta’ Fondi tal-UE disponibbli mill-perjodu 2007-2013.
Toutes les éditions de cette publication
- European Investment Bank Annual Report 2020 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2018 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2019 on JASPERS
- Plateforme de réseautage JASPERS – Rapport d’activité 2014
- Plateforme de réseautage JASPERS – Rapport d’activité 2013
- Rapport annuel de Jaspers 2017
- Rapport annuel de Jaspers 2015
- Rapport annuel de JASPERS 2014
- Rapport annuel de JASPERS 2013
- Rapport Annwali ta’ JASPERS għall-2012
- Rapport Annwali ta’ JASPERS 2011
- Rapport annuel JASPERS 2010
- Rapport Annwali ta’ JASPERS 2009
- Rapport annuel JASPERS 2008
- Rapport annuel JASPERS 2007
- Rapport d’activité 2016 de Jaspers