Is-servizzi tal-Bank:
- jevalwaw, jivvalutaw u jiffinanzjaw proġetti;
- jiġġeneraw riżorsi fis-swieq kapitali u jimmaniġġjaw it-teżor;
- jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji marbuta mal-attivitajiet tal-BEI;
- iwettqu l-istudji ekonomiċi jew finanzjarji neċessarji fl-isfond.
Filwaqt li jaħdmu ma' timijiet multidixxiplinari, huma jħejju u jimplimentaw id-deċiżjonijiet tat-tmexxija tal-Bank.
L-istruttura tal-organizzazzjoni tal-BEI tikkonsisti fid-direttorati u d-dipartimenti li ġejjin:
- Segretarjat Ġenerali
- Direttorat Legali
- Direttorat tas-Servizzi Korporattivi tal-Grupp tal-BEI
- Direttorat tar-Riżorsi Umani
- Direttorat tal-Attivitajiet
- Direttorat ta’ BEI Globali
- Direttorat għall-Ġestjoni u l-Monitoraġġ tal-Portafolji
- Direttorat tal-Finanzi
- Direttorat tal-Proġetti
- Riskju u Konformità tal-Grupp tal-BEI
- Spettorat Ġenerali
- Direttorat tal-Kap Kontrollur Finanzjarju
- Dipartiment tal-Awditjar Intern