Suche starten De menü de ClientConnect
Suche starten
Ergebnisse
Top-5-Suchergebnisse Alle Ergebnisse anzeigen Erweiterte Suche
Häufigste Suchbegriffe
Meistbesuchte Seiten

Il-BEI għandu erba’ korpi statutorji (dawk imsemmija fl-Istatut tal-BEI):

  • Tliet korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet: il-Bord tal-Gvernaturi, il-Bord tad-Diretturi u l-Kumitat ta’ Tmexxija
  • Korp ta’ kontroll wieħed: il-Kumitat tal-Verifika

Rwoli ewlenin tal-korpi statutorji

Il-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina d-direttivi ġenerali tal-BEI.

Il-Bord tad-Diretturi huwa responsabbli għat-tmexxija strateġika tal-Bank.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa inkarigat bit-tmexxija ta’ kuljum tal-BEI.

Il-Kumitat tal-Verifika jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank tmexxew b’mod xieraq.