Zur neuesten Ausgabe dieser Publikation.
Description
JASPERS, is-sħubija ta’ assistenza teknika bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u Kreditanstalt für Wiederaufbau (KfW), li tappoġġa t-tħejjija ta’ proġetti infrastrutturali kbar li jkunu ser jiġu sottomessi għal finanzjament mill-UE, kompliet tespandi l-attivitajiet tagħha f’isem it-tnax-il Stat Membru benefiċjarju fl-2009.
Fl-2009 JASPERS lestiet 133 kompitu, meta mqabbla ma’ 82 fis-sena ta’ qabel. Sal-31 ta’ Diċembru 2009, JASPERS kellha portafoll ta’ 426 kompitu. Il-proġetti ewlenin ammontaw għal madwar 86% ta’ dawn il-kompiti, waqt li l-bqija kienu l-aktar appoġġ għal proġetti żgħar u kompiti orizzontali sabiex jiġu indirizzati konġestjonijiet jew kwistjonijiet li jaffettwaw proġetti jew sottosetturi multipli.
Bħala parti mill-miżuri biex jiġi mqanqal l-irkupru mir-riċessjoni f’bosta Stati Membri, f’Novembru 2008 l-Kummissjoni Ewropea ħabbret żieda ta’ 25% fil-kontribuzzjoni baġitarja tagħha lil JASPERS matul il-perjodu 2009-2013 meta mqabbla mal-2008. Il-BEI qabel li jikkumplimentaha b’żieda ta’ 25% fil-kontribuzzjoni tiegħu ta’ persunal professjonali lil JASPERS. B’riflessjoni ta’ dawn l-impenji, il-persunal ta’ JASPERS żdied minn 60 għal 77 matul l-2009.
Sat-tmiem tal-2009, il-Kummissjoni Ewropea kienet irċeviet 144 applikazzjoni għal proġetti maġġuri, li minnhom 99 għal proġetti appoġġati direttament minn JASPERS. Mill-54 applikazzjoni approvati matul is-sena, 44 irċevew assistenza minn JASPERS. Sat-tmiem tal-2009, il-proġetti appoġġati minn JASPERS approvati mill-Kummissjoni kellhom volum totali ta’ investiment ta’ EUR 7.4 biljun, li minnhom madwar EUR 4.3 biljun huma ffinanzjati minn għotjiet tal-UE. Dawn il-proġetti huma kkonċentrati fis-setturi ewlenin appoġġati minn JASPERS: toroq, portijiet, ajruporti u ferroviji, skart solidu u enerġija, u infrastruttura urbana.
Alle Ausgaben dieser Publikation
- European Investment Bank Annual Report 2020 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2019 on JASPERS
- European Investment Bank Annual Report 2018 on JASPERS
- JASPERS-Tätigkeitsbericht 2017
- JASPERS-Tätigkeitsbericht 2016
- JASPERS-Jahresbericht 2015
- Tätigkeitsbericht 2014 für die Networking-Plattform von JASPERS
- JASPERS-Jahresbericht 2014
- JASPERS-Jahresbericht 2013
- Tätigkeitsbericht 2013 für die Networking-Plattform von JASPERS
- JASPERS-Jahresbericht 2012
- JASPERS-Jahresbericht 2011
- JASPERS-Jahresbericht 2010
- JASPERS-Jahresbericht 2009
- JASPERS-Jahresbericht 2008
- JASPERS-Jahresbericht 2007