Search En menu en ClientConnect
Search
Results
Top 5 search results See all results Advanced search
Top searches
Most visited pages
Debora REVOLTELLA

Direttriċi

  • 98-100, boulevard Konrad Adenauer
  • L-2950 Luxembourg
  • Luxembourg

Curriculum Vitae

Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.

Informazzjoni personali:

  • Taljana

Karriera:

Debora Revoltella hija Direttriċi tad-Dipartiment tal-Ekonomija tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li taġixxi bħala Kap Ekonomista.

Id-Dipartiment tal-Ekonomija jipprovdi analiżi ekonomika mmexxija mill-impatti biex jappoġġja l-operazzjonijiet u l-ippożizzjonar globali tal-BEI kif ukoll id-definizzjoni tal-politika u l-istrateġija tal-Grupp. Id-Dipartiment jinkludi madwar 40 ekonomista. Huwa responsabbli għall-mudelli tal-klassifikazzjoni tas-settur sovran u finanzjarju għall-BEI kif ukoll biex jipprovdi kompetenza esperta dwar is-settur finanzjarju fi proġetti tal-BEI. Huwa wkoll responsabbli biex jevalwa l-impatt tal-attivitajiet tal-BEI u r-riżultati ġġenerati mill-proġetti ffinanzjati mill-BEI.

Sa mill-wasla tagħha fil-BEI fl-2011, Debora Revoltella fasslet u mexxiet il-ħidma għal pubblikazzjonijiet ewlenin bħar-Rapport tal-Investiment tal-BEI, sensiela ta’ dokumenti ta’ ħidma dwar politika u riċerka oħra speċifika għar-reġjuni.

Hija nediet l-idea u mexxiet il-proċess għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Istħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI, stħarriġ ġdid li jkopri 12 500 ditta Ewropea li sar assi unika f’termini ta’ fehim tad-dinamika tal-investiment fl-Ewropa. Hija appoġġat is-sħubija tal-BEI mal-Bank Ewropew ghar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u l-Bank Dinji għall-Istħarriġ dwar l-Intrapriża għar-reġjun MENA fl-2015 u għar-reġjun qarib sħiħ fl-2017.

Debora Revoltella għandha lawrja fl-Ekonomija u Master fl-Ekonomija mill-Università ta’ Bocconi kif ukoll PhD fl-Ekonomija mill-Università ta’ Ancona fl-Italja. Wara l-esperjenza tagħha bħala Professur Aġġunt fil-Makroekonomija fl-Università ta’ Bocconi, Debora ngħaqdet mad-dipartiment tar-riċerka tal-Banca Commerciale Italiana, Bank Taljan ewlieni.

Fl-2001, hija ngħaqdet mal-UniCredit bħala Kap Ekonomista għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Hija mmaniġġjat tim ta’ 40 ekonomista responsabbli għall-appoġġ tal-istituzzjoni fl-istrateġija tat-tkabbir reġjonali. Matul dawn is-snin, id-dipartiment żviluppa u sar ċentru tar-riċerka ewlieni għar-reġjun.

Debora Revoltella hija membru tal-Kumitati ta’ Tmexxija tal-Inizjattiva ta’ Vjenna u l-CompNet, membru supplenti tal-Bord tal-Joint Vienna Institute u membru tal-Bordijiet ta’ SUERF u l-Euro 50 Group.