Direttriċi
- 98-100, boulevard Konrad Adenauer
- L-2950 Luxembourg
- Luxembourg
Curriculum Vitae
Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.
Shiva Dustdar bħalissa qed isservi bħala l-Kap u d-Direttriċi tal-Istitut tal-BEI, li jwassal il-valuri u l-missjoni tal-Grupp tal-BEI lis-soċjetà permezz ta’ attivitajiet mhux kummerċjali li jappoġġaw il-prijoritajiet li għandu favur il-klima, l-innovazzjoni u l-iżvilupp. Shiva għandha aktar minn 28 sena esperjenza fl-industrija finanzjarja, hekk kif kienet taħdem għal istituzzjonijiet privatiu pubbliċi kbar fi New York, Londra u l-Lussemburgu. Minn meta ngħaqdet mal-BEI fl-2003, ħadmet fil-ġestjoni tar-riskju, is-self, l-investiment u l-konsulenza f’kumpaniji innovattivi. Sa Ġunju 2022, Shiva mexxiet id-Diviżjoni tal-Pariri Finanzjarji fl-Innovazzjoni (IFA) tal-BEI, li hija bniet u kabbret fi programm ta’ konsulenza ta’ suċċess dwar il-finanzjament tal-innovazzjoni li jkopri s-setturi ekoloġiċi, diġitali, dawk sensittivi għall-ġeneru u dawk relatati mas-saħħa.
Shiva bdiet il-karriera tagħha fl-investiment bankarju ma’ J.P. Morgan New York fl-1993. Hija ħadmet f’ambiti ta’ mergers u akkwisti, fil-finanzjament ta’ proġetti u swieq emerġenti qabel ma ngħaqdet ma’ Fitch Rating Agency fl-1999 biex twaqqfilha n-negozju ta’ klassifikazzjoni ta’ rendiment għoli Ewropew. Hija għandha BA (magna cum laude) fl-Ekonomija minn Columbia University fi New York u Executive MBA minn London Business School (LBS). Shiva hija esperta tal-finanzi fl-innovazzjoni u kelliema regolari dwar il-finanzjament fl-innovazzjoni u dak tal-impatt, l-investiment sensittiv għall-ġeneru, u l-finanzjament diġitali u ekoloġiku. Hija impenjata b’mod attiv f’networks li jippromwovu finanzjament sostenibbli u li jkollhom missjoni.