Spettur Ġenerali
- 98-100, boulevard Konrad Adenauer
- L-2950 Luxembourg
- Luxembourg
Curriculum Vitae
Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.
Monique Koning inħatret Spettur Ġenerali tal-BEI f’Ġunju 2023. Hija qabel kienet Direttriċi fid-Direttorat tar-Riżorsi Umani tal-BEI (2021-2023) u serviet ukoll bħala Direttriċi fid-Direttorat tal-Operazzjonijiet tal-Bank responsabbli għall-appoġġ u l-proċessi operazzjonali (2016-2021).
Monique Koning ingħaqdet mal-BEI fl-2007 bħala Uffiċjal Superjuri għas-Self tal-Finanzjament ta’ Proġetti għall-Afrika, u fl-2011 saret il-Kap tat-Taqsima għall-Finanzjament ta’ Proġetti għal barra l-Unjoni Ewropea (attwalment BEI Globali), b’fokus ewlieni fuq l-enerġija rinnovabbli.
Qabel ma ngħaqdet mal-BEI, Monique Koning kellha bosta funzjonijiet operazzjonali, ta’ politika u ta’ strateġija fil-Grupp tal-Bank Dinji fejn ħadmet mill-1993 sal-2007.
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala uffiċjal għall-politika fit-Teżor tal-Ministeru tal-Finanzi fin-Netherlands u għandha MSc fil-makroekonomija mill-Università ta’ Amsterdam.