Search En menu en ClientConnect
Search
Results
Top 5 search results See all results Advanced search
Top searches
Most visited pages

Il-Bord tad-Diretturi għandu l-poter uniku li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward ta’ self, garanziji u teħid ta’ self. Barra li jara li l-Bank jitmexxa sew, jiżgura li l-Bank qed jitmexxa skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-Istatut u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Gvernaturi. Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn 28 direttur u 31 direttur supplent. Dawn jinħatru mill-Gvernaturi għal perjodu ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded. Direttur wieħed jinħatar minn kull Stat Membru u wieħed mill-Kummissjoni. Is-supplenti jinħatru mill-Istati Membri skont is-sehem kapitali tagħhom u l-ftehim tal-kostitwenza. Membru supplent wieħed jinħatar ukoll mill-Kummissjoni.

Barra dan, sabiex titwessa’ l-kompetenza esperta professjonali tal-Bord tad-Diretturi f’ċerti oqsma, il-Bord jista’ jaħtar b’co-option massimu ta’ sitt esperti (tliet Diretturi u tliet Supplenti), li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord f’kapaċità konsultattiva, mingħajr drittijiet għall-vot.

Id-deċiżjonijiet jittieħdu b'maġġoranza li tikkonsisti minn tal-anqas terz tal-membri intitolati għal vot u li tirrappreżenta tal-anqas 50% tal-kapital sottoskritt jew, f’oqsma definiti b’mod ċar, b’tal-anqas 18-il vot favur, li jirrappreżentaw minimu ta’ 68% tal-kapital sottoskritt.

Il-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew, fin-nuqqas tagħha, xi ħadd mill-Viċi Presidenti, għandha tippresjedi fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi iżda ma tivvutax.

Informazzjoni ewlenija:

 

  Direttur Direttur Supplent
Il-Ġermanja Judith HERMES

Susanne BLOMENHOFER
Hendrik KAELBLE

Franza Claire CHEREMETINSKI Pierre-Marie VOEGELI
Quentin NAVARO AUBURTIN
L-Italja Francesca UTILI Francesca MERCUSA
Bianca GIANNINI
Spanja Enrique RUIZ DE VILLA SAIZ Isabel GARAYO ORBE
Il-Portugall Filipe CARTAXO Rosa CAETANO
Il-Belġju Hans D’HONDT Pożizzjoni vakanti
Il-Lussemburgu Arsène JACOBY Miguel MARQUES
In-Netherlands Robin UYTERLINDE Jan de BOER
Il-Kroazja Davor ZORIČIĆ Ines ŠPIRIĆ
L-Ungerija Levente SIPOS-TOMPA Ildikó ZÁTROK
Il-Polonja Tomasz SKURZEWSKI Maciej TABACZAR
Id-Danimarka Julie SONNE Morten KLINGE
L-Irlanda Desmond CARVILLE Michael TAGGART
Il-Greċja Michael ARGHYROU Charilaos LAMBROPOULOS
Ir-Rumanija Mihai-Calin PRECUP Boni Florinela CUCU
L-Estonja Martin PÕDER Riina LAIGO
Il-Latvja Armands EBERHARDS Aija ZITCERE
Il-Litwanja Darius TRAKELIS Jurgita UZIELIENE
L-Awstrija Karin RYSAVY Christian REININGER
Il-Finlandja Kristina SARJO Anne af URSIN
L-Iżvezja Sara TÄGTSTRÖM Erika CARLSSON
Il-Bulgarija Metodi METODIEV Gergana BEREMSKA
Ir-Repubblika Ċeka Petr PAVELEK Radek HŘEBÍK
Ċipru Costas CONSTANTINIDES Eleni PITTA
Malta Martin SPITERI Joseph LICARI
Is-Slovenja Aleš ŠKOBERNE Martin ZDOVC
Is-Slovakkja Martina KOBILICOVÁ Peter FRÖHLICH
Il-Kummissjoni Ewropea Elena FLORES GUAL Saila VALTONEN
Experts Joes LEOPOLD
Olivier BAILLY
Esther RECKTENWALD
Giorgio GOBBI
Antonio OPORTO
Isabel RAMOS DE ALMEIDA

 

*Il-kuluri tar-ringieli jindikaw il-kostitwenzi differenti tal-pajjiżi fil-Bord tad-Diretturi tal-BEI).

Jeżamina l-kwistjonijiet tal-politika li jinqalgħu mill-parteċipazzjonijiet fl-ishma azzjonarji diretti u indiretti miżmuma jew akkwistati mill-BEI.

Jiddiskuti u jagħti konsulenza lill-Bord tad-Diretturi dwar il-politiki tal-Bank dwar ir-riskji, inklużi dawk il-politiki rilevanti għall-aspetti tal-Grupp tal-BEI.

Jiddiskuti l-proposti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet tal-baġit u r-remunerazzjoni tal-persunal bi tħejjija għad-dibattiti u d-deċiżjonijiet sussegwenti.

Il-Grupp ta’ Konsulenza tal-Bord jagħti opinjonijiet mhux vinkolanti lill-Bord tad-Diretturi tal-BEI dwar il-proposti ta’ finanzjament li jikkonċernaw attivitajiet barra l-Unjoni Ewropea.